Għajnuna w Assistenza (#7942)

O Int li wiċċeK hu l-għan tal-qima tiegħi, li ġmieleK hu l-kenn tiegħi, li l-għamar tiegħeK huwa ħsiebi, li tifħireK hu t-tama tiegħi, li l-providenza tiegħeK hi s-sieħba tiegħi, li mħabbteK hi l-kaġun ta’ l-essenza tiegħi, li titrifeK hu s-sabar tiegħi, li qarbieneK hu x-xewqa tiegħi, li l-preżenza tiegħeK hi l-aktar xewqa għażiża tiegħi u l-ogħla għan fi ħsiebi, nitolboK biex ma żżommx lura minni l-ħwejjeg li Int ħejjet għall-magħżulin fost il-qaddejja tiegħeK. Fornini, immela, bit-tajjeb ta’ din id-dinja u ta’ l-oħra.

Inti, fis-sewwa, is-Sultan tal-bnedmin kollha. M’hemmx Alla għajreK, Li Jaħfer-Dejjem, l-Akbar Ġeneruż.

-Bahá'u'lláh
-----------------------

Għajnuna w Assistenza (#7943)

Sid! Aħna nġibu ħniena, urina l-għoġba tiegħeK; foqra, agħtina sehem mill-oċejan tal-ġid tiegħeK; fil-bżonn, xebbagħna Inti; imkejna, agħtina l-glorja tiegħeK. It-tjur tas-sema u l-bhejjem tal-għalqa jingħataw l-ikel kuljum mingħandeK, u l-ħlejjaq kollha jieħdu sehemhom mill-ħsieb u mill-ħanina mħabbteK.

La ċċaħħadx lil dan id-dgħajef mill-grazzja tiegħeK tal-għaġeb u ferrex bis-setgħa tiegħeK fuq din ir-ruħ bla ħila it-tjieba tiegħeK.

Agħtina il-ħobż ta’ kuljum, u kattar il-ħtiġijiet tal-ħajja, biex ma naqgħu fuq ħadd għajr fuqeK, ningħaqdu għal kollox miegħeK, nimxu fi triqateK u nsemmgħu il-misteri tiegħeK. Int is-Setgħani u Li Thobb u li Tforni lill-bnedmin kollha.

-`Abdu'l-Bahá
-----------------------

